Friday, May 3, 2024

“Mietu wisq nies minħabba l-iżbalji tagħhom”

Aqra wkoll

Donald Trump jgħid li l-WHO “appoġġjat il-miżinformazzjoni taċ-Ċina”, u jwaqqfilha l-fondi

Għal ġimgħat sħaħ il-President Amerikan Donald Trump iffaċċja kritika qalila għar-rispons tal-awtoritajiet Amerikani kontra l-pandemija tal-Covid-19, liema rispons ġie deskritt bħala wieħed kajman u ineffettiv. Trump anke kien akkużat li naqas milli jieħu l-miżuri dwar is-saħħa pubblika fi żmien qasir biex inaqqas kemm jista’ l-imxija tal-virus.

Għaldaqstant ilbieraħ iddeċieda li jitfa’ l-ħtija ta’ dan kollu fuq ħaddieħor, u ordna lill-amministrazzjoni tiegħu biex twaqqaf kull fond lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), wara li qal li l-Organizzazzjoni għamlet sensiela ta’ żbalji hekk kif ippruvat tiġġieled il-pandemija.

Trump żied jgħid li l-amministrazzjoni tiegħu se tkun qed tagħmel analiżi dwar jekk il-WHO hijiex responsabbli ta’ mmaniġġjar ħażin u ħabi ta’ informazzjoni dwar l-imxija tal-virus.

“Mietu wisq nies minħabba l-iżbalji tagħhom,” qal Trump waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-White house.

Sal-bieraħ kien hemm maż-żewġ miljun każ ta’ persuni li ġew infettati bil-coronavirus li wasslu biex kważi 125,000 persuna jmutu kaġun tal-infezzjoni.

Fl-Istati Uniti biss kien hemm aktar minn 600,000 każ ta’ persuni infettati bil-Covid-19 u kważi 25,000 każ ta’ mwiet.

Sport