Saturday, December 28, 2024

Miexi ġmielu x-xogħol fuq ir-restawr fil-Knisja Franġiskana Madonna ta’ Ġieżu b’investiment ta’ €300,000

Aqra wkoll

Ix-xogħlijiet ta’ restawr fil-Knisja Franġiskana tal-Madonna ta’ Ġieżu miexi tajjeb ħafna, bil-pjan li jitlesta f’Jannar tal-2024 taħt ir-responsabbilità tad-Direttorat tar-Restawr. Dan se jsir b’investiment ta’ €300, 000.

Ix-xogħlijiet bdew f’Ottubru tal-2022, bit-twaqqif ta’ armar fi Triq Sant’ Ursla. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni fuq il-post. Dawn jinkludu xogħlijiet ta’ tindif, tibdil ta’ ġebel u tiswija tal-plastik. L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa sabiex dan il-monument storiku jidher aħjar estetikament u viżwalment.

Ix-xogħlijiet ta’ restawr fil-Knisja Franġiskana tal-Madonna ta’ Ġieżu. Ritratt: DOI – Omar Camilleri.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali, Owen Bonnici, flimkien mal-Perit responsabbli. Il-Ministru Bonnici sostna li dan ir-restawr ser iwettaq l-istrateġija kulturali tal-Maltin u Għawdxin.

Hu rrimarka li l-Gvern huwa kommess li jkompli jissalvagwardja l-Knisja. Qal ukoll li din il-Knisja permezz tar-restawr ser tkun tista’ titgawda mill-pubbliku u mit-turisti li jiġu jżuru din il-Knisja.

Min-naħa tiegħu, il-Perit responsabbli ta’ dan il-proġett, Jean Frendo, spjega li t-tindif tal-wiċċ tal-ġebla huwa essenzjali sabiex viżwalment tibqa’ tidher tradizzjonali.

Ekonomija

Sport