Wednesday, April 24, 2024

Miexi x-xogħol ta’ restawr fil-ġnien ta’ San Anton

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia spjega li miexi x-xogħol fil-ġnien ta’ San Anton fejn bħalissa qed jinbena mill-ġdid il-ħajt li ġġarraf u jinsab għaddej xogħol ieħor ta’ restawr.

F’mistoqsija parlamentari, il-Ministru Farrugia spjega li l-interventi li qed isiru huma maqsuma fi tnejn, bl-ewwel parti, li diġà nbdiet, tirrigwardja x-xogħlijiet ta’ emerġenza.

Huwa spjega kif fil-jiem li ġejjin se jsiru interventi fuq ħajt ieħor li jagħmel parti mill-faċċata ewlenija tal-ġnien. Qal li permezz ta’ Ambjent Malta, qed isiru xogħlijeit oħra ta’ manutenzjoni ordinarja fosthom it-tiswija tal-bankijiet tal-injam u tal-ġebel, u l-bdil jew ir-restawr ta’ tagħmir tal-injam u l-ħadid. 

Min-naħa l-oħra, kif tħabbar fid-diskors tal-budget għas-sena d-dieħla, Ambjent malta daħlet għal proġett aktar fit-tul sabiex il-Ġnien ta’ San Anton jiġi rijabilitat kif jixraqlu. Għal dan il-għan inbeda eżerċizzju ta’ surveying u mapping tal-ħitan kollha tal-ġnien u kif ukoll tal-passaġġi eżistenti.

“Dan għandu jwassal sabiex isiru l-applikazzjonijiet meħtieġa u jinkisbu l-permessi għar-restawr u t-tiswijiet li jkun hemm bżonn. Il-proġett se jkun jinkludi wkoll l-installazzjoni mill-ġdid tas-servizzi u għamara ġdida,” qal il-Ministru Farrugia.

Sport