Thursday, April 25, 2024

Il-każi ġodda ta’ Covid-19 jaqbżu l-100

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li matul il-jum tat-Tnejn instabu 106 każi ġodda ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 54 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li bħalissa f’pajjiżna hawn 1,188 każ attiv.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 468 wara li bejn it-Tnejn u t-Tlieta ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. 

Fl-Isptar Mater Dei hemm 12-il persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Coronavirus bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija, kienu ngħataw b’kollox 956,338 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 120,528 kienu dożi tal-booster.

Sport