Saturday, December 21, 2024

“Migranti ekonomiċi u dawk irregolari jridu jintbagħtu lura” – il-Ministru Evarist Bartolo

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo meta kien qed jagħlaq id-dibattitu Parlamentari dwar l-estimi finanzjarji tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iddikjara li sfida importanti hi dik li tkun imrażżna l-immigrazzjoni illegali. “Dan biex nipproteġu l-pajjiżna. Aħna nies qalbna tajba.  Ma niddejqux ngħidu. Skont studju Franċiż, meta tara d-daqs tagħna, Malta tat kenn u ażil lil 2,000 ruħ aktar mill-Ġermanja. Aħna qegħdin fuq nett biex nagħtu kenn u ażil lil min jistħoqqlu. Meta jpinġuna bħala kattivi, ikunu inġusti magħna. Bejn 2005 u s-sena li għaddiet, waslu aktar minn 23,000 immigrant irregolari. Sħabna l-Ewropej ħadulna biss 8 fil-mija. Kienu l-Ġermanja u Franza li bejniethom ħadu aktar minn tlett kwarti. 1,000 immigrant li jidħlu f’pajjiżna jfisser miljuni fl-Ewropa u dik għalihom hi meqjusa bħala kriżi.”

Kompla jgħid li “dawk li jaslu fostna b’mod irregolari jew huma migranti ekonomiku irid jintbagħat lura kif qed nagħmu. Se nkompu naħdmu ma’ pajjiżi bħal Marokk, Eġittu u Bangladesh biex immigranti jittieħdu lura. Nemmnu li jrid isir aktar xogħol mill-Unjoni Ewropea għalkemm jidher li m’hemmx aptit politiku biex dan isir. Minn naħa tagħna se naraw li kemm jista’ jkun ma jiġux hawn immigranti illegali”.

Il-Ministru Evarist Bartolo qal li “dmirna bħala Unjoni Ewropea hu li jinbnew relazzjonijiet kummerċjali ġusti mal-pajjiżi li minnhom jitilqu l-immigranti. Nibqa’ infakkar lil sħabi fl-Unjoni Ewropea li iva l-Bielorussia, u r-Russja jeżistu, imma in-naħa t’isfel tal-Ewropa, il-Mediterran u l-Afrika jeżistu ukoll”.

Ekonomija

Sport