Wednesday, April 24, 2024

Miguel Galea jirbaħ Downhill Race imtella’ mill-Malta Mountain Bike Association

Aqra wkoll

Il-Malta Mountain Bike Association ospitat l-ewwel avveniment Downhill għall-2023 nhar is-Sibt. It-tellieqa saret fid-Dwejra u rat attendenza inkoraġġanti  li kienu ppreparati għal azzjoni estrema u mimlija adrenalina.

Maqsuma fuq tliet kategoriji, Elite, Sport 1 u Sport 2, li raw sitt uċuħ ġodda u relattivament żgħar, raw lil atleti jkopru korsa minn punt għal punt fl-iktar ħin qasir possibbli.

L-allokazzjoni għal waħda mit-tliet kategoriji kienet ibbażata fuq l-aħjar ġirja ta’ kwalifika miksuba qabel it-tellieqa attwali.

“Huwa eċċitanti li naraw parteċipanti ġodda li huma żgħażagħ u b’talent jikkompetu f’dan l-avveniment. Nisperaw li naraw aktar uċuħ ġodda jingħaqdu fl-avvenimenti li ġejjin! “ ikkummenta Pierre Zammit Endrich, President, Malta Mountain Bike Association.

Riżultati

Kategorija1st2nd3rd
EliteMiguel GaleaKeith BartoloDavid Micallef
Sport 1Darrell FioriniVictor BajadaMiguel Vella
Sport 2Carl SammutJulian SciclunaRoderick Grech

L-attività li jmiss se tittella’ nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu u se tikkonsisti f’attività Urban Downhill f’Għawdex organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem.

Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni – https://www.maltamountainbike.org.mt/

Sport