Thursday, April 25, 2024

Table Tennis: Il-kampjonat jinsab f’fażi interessanti

Aqra wkoll

Il-kampjonat nazzjonali tat-table tennis għaddej ġmielu fejn matul din il-ġimgħa kompla l-logħob mill-ewwel u t-tieni diviżjoni.

HITT Academy Home Trends u MITTC Butterfly kisbu skor identiku ta’ 5-1 kontra Mosta Gunners u HITT Academy Valletta.

Mill-banda l-oħra, Alpha Gewo kellhom logħba kumbattuta kontra HITT Academy Kyte Consultants filwaqt li rebħu 4-2.

Fit-tieni diviżjoni, kellna ħames partiti fejn Top Spin TT Academy Hexer u MITT Butterfly Rozena xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil HITT Academy ITX u Top Spin TT Academy Supercores bl-istess skor ta’ 4-3.

Fl-istess waqt, kellna HITT Academy Legends, MITTC Butterfly Angela Bajada u Alpha Calleja Ltd rebħu bl-istess skor ta’ 4-2 kontra Alpha Sensus, HITT Academy FXP u PBC Table Tennis Blue Fire rispettivament.

Sport