Thursday, March 28, 2024

Żagħżugħ l-Isptar wara li daħal f’ħajt wara ħabta fil-limiti tax-Xemxija

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tad-9:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li fix-Xemxija direzzjoni lejn Għajn Tuffieħa kienet  seħħet ħabta, fejn ġuvni kellu jittieħed l-Isptar għal iktar kura meħtieġa. 

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Tayota Vitz misjuqa minn mara Bulgara ta’ 54 sena residenti San Pawl il-Baħar u karozza tal-għamla Peugout 108 misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar. Kawża tal-ħabta bejn iż-żewġ karozzi, it-tieni karozza spiċċat daħlet f’ħajt tas-sejjieħ.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport