Wednesday, January 8, 2025

Mijiet isalvaw mit-terremot li laqat ir-reġjun tat-Tibet

Aqra wkoll

Aktar minn 14,000 ħaddiem tas-salvataġġ waslu f’Tibet biex jassistu fit-tfittxijiet għal aktar persuni li huma maħsuba li rnexxielhom isalvaw mit-terremot li ħalla minn tal-inqas 126 persuna mejta f’parti remota tal-punent taċ-Ċina. 

Il-midja tal-istat Ċiniża qiegħda tirrapporta li minn meta seħħ it-terremot it-Tlieta li għadda sa issa ġew salvati aktar minn 400 persuna.

Il-Viċi Prim Ministru Zhang Guoqing wasal l-Erbgħa biex jissorvelja l-operazzjoni li qed tkun imxekkla minn temperaturi kisħin li niżlu saħansitra taħt is-16-il grad Celcius matul il-lejl. 

It-terremoti f’dan ir-reġjuni huma komuni, iżda dak tat-Tlieta kien wieħed mill-aktar fatali fiċ-Ċina f’dawn l-aħħar snin. 

It-terremot, li kejjel qawwa ta’ 7.1 fuq l-iskala Richter, inħass ukoll fin-Nepal u f’partijiet oħra tal-Indja.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport