Friday, December 27, 2024

Mike Pence jirtira mit-tellieqa presidenzjali Amerikana

Aqra wkoll

L-eks Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence mhux se jikkandida ruħu għall-elezzjoni presidenzjali tal-2024 filwaqt li ddikjara li “dan mhux iż-żmien tiegħi.” Huwa ħabbar dan fil-Koalizzjoni Lhudija Repubblika ġewwa Las Vegas is-Sibt waranofsinhar. “Dejjem konna nafu li t-triq se tkun għat-telgħa, imma m’għandi l-ebda dispjaċir għal dan,” huwa qal fi stqarrija.

Pence, ta’ 64 sena, żied jindirizza lill-partitarji tiegħu u qal: “qed nirtira minn din il-kampanja, iżda qatt mhu se nitlaq il-ġlieda għall-valuri konservattivi.” Minn dak li ġie rrapportat, Pence tilef ħafna votanti Repubblikani meta kellu xi jgħid ma’ Trump b’rabta mal-irvellijiet fil-Capitol fl-2021, u meta ppreseda ċ-ċertifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjoni ta’ Joe Biden tal-2020 fil-Kungress.

Trump kien esprima d-diżapprovazzjoni tiegħu ma’ Pence “għan-nuqqas ta’ kuraġġ tiegħu” meta rrifjuta li jbiddel ir-rebħa elettorali tal-Kap Demokratiku. Intant, l-eks Viċi President kien qal li l-inkoraġġiment ta’ Trump fl-irvellijiet kienu poġġew f’periklu l-familja tiegħu u lil kulħadd fil-Capitol dakinhar. 

Ekonomija

Sport