Wednesday, July 17, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fil-Marsa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fit-telgħa tal-Marsa Ħamrun bypass.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel ta’ 52 sena residenti San Ġwann kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Triumph Rocket meta għal xi raġuni qabad il-bankina u konsegwentament tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt fil-ġenb tat-triq.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li taw l-ewwel assistenza lis-sewwieq sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li weġġa’ gravi.

It-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal xi ħin sakemm il-pulizija tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ u konsegwentament inġemgħet konġestjoni kbira tat-traffiku fiż-żona.

Ekonomija

Sport