Monday, May 13, 2024

95,000 familja se jgawdu mill-mekkaniżmu addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja

... għotja li tvarja bejn €100 u l-€1,500

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sena li għaddiet permezz tal-introduzzjoni tal-mekkaniżmu addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja, madwar 50,000 familja gawdew minn għotja għax huma l-aktar batuti fis-soċjetà tagħna. Dakinhar stajna għidna li għandna inflazzjoni għolja minħabba sfidi kbar internazzjonali u minflok ħaddanna l-prinċipju tas-sostenibbiltà u għalhekk bil-budget ta’ għada se nkunu qegħdin nibnu fuq dik l-għotja. Bil-budget ta’ għada se jkun hemm 95,000 familja u għalhekk kważi d-doppju ta’ dawk tas-sena li għaddiet. 

Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt l-indirizz tiegħu miċ-ċentru Laburista f’Ħaż-Żabbar u kompla biex jispjega li din l-għotja se tkun qiegħda tvarja bejn €100 u €1,500. 

Il-Prim Ministru kompla biex jirringrazzja lill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana u qal li dan għadu għaddej bl-aħħar preparamenti għall-budget ta’ għada. 

Dr Abela fakkar kif il-Partit Nazzjonalista kien beżża’ bl-alternattiva ta’ gvern Laburista u li bil-viżjoni li dan kien ippreżenta kien hawn il-perċezzjoni li pajjiżna kien se jkollu jitlob bail out. 

“Taf x’naf, f’10 snin sal-lum il-ġurnata daħlu fir-raba’ Kap tagħhom u l-pajjiż għadu sod u stabbli. Nifimhom għalfejn iħobbu jnessu l-budgets ta’ gvern Laburista. Imma baqgħu konsistenti għax anke fi żmienhom kienu jnessuhom malajr. U nifhimhom għalfejn kienu jippruvaw inessu l-budgets ta’ awterità”, kompla Dr Abela filwaqt li sostna li l-budget ta’ għada se jkun wieħed ġust ma’ kulħadd għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

Sport