Friday, April 26, 2024

Ġnien f’Għajnsielem jinbidel f’attività għall-familja kollha għal żmien il-Halloween

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni tal-tmiem il-ġimgħa ta’ Halloween għal darba oħra l-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem  trasforma l-ġnien ta’ quddiem il-bini uffiċjali tiegħu fi ġnien haunted spooky li fetaħ il-bieraħ is-Sibt 28 ta’ Ottubru b’Pumpkin Carving Crafts u attivitajiet oħra għall-familja kollha fosthom l-aktar għat-tfal.

Dan il ġnien se jkun qiegħed jibqa’ jilqa’ lin-nies sa nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru. Dawk li jattendu se jkollhom l-opportunità li jingħaqdu f’atmosfera spooky mimlija brimb, fantażmi u naturalment l-uċuħ tal-qara ħamra. It-Tlieta 31 ta’ Ottubru Ġnien Haunted ikun miftuħ il-jum kollu fejn it-tfal jistgħu jattendu bil-kostum u jieħdu magħhom il-qara ħamra li ikunu għamu huma stess waqt is-sessjonijiet ta’ ‘pumpkin crafting’.

Dawn l-attivitajiet qegħdin jiġu organizzati bil-kollaborazzjoni sħiħa tad-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Sport