Wednesday, July 24, 2024

Franza se tagħmel id-drittijiet tal-abort “irriversibbli”

Il-President Franċiż Emmanuel Macron

Aqra wkoll

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar li l-gvern li tiegħu huwa responsabbli qed jippjana li jdaħħal id-drittijiet tal-abort fil-kostituzzjoni biex jagħmilhom “irriversibbli”. 

F’kitba online, Macron qal li din il-ġimgħa se jkun sottomess abbozz quddiem il-Kusill tal-Istat, l-ogħla Qorti amministrattiva ta’ Franza, bl-intenzjoni li d-drittijiet tal-abort isiru kostituzzjonali sal-aħħar tas-sena. “Fl-2024, id-dritt tan-nisa li jagħżlu l-abort se jsir irriversibbli,” qal il-President Franċiż.

Din it-tħabbir issegwi l-wegħda li Macron għamel fit-8 ta’ Marzu li għadda, fil-Jum Internazzjonali tal-Mara, li kienet meqjusa bħala reazzjoni għat-tibdil fid-drittijiet federali tal-abort fl-Istati Uniti s-sena li għaddiet.

Ekonomija

Sport