Wednesday, July 24, 2024

Banners li jirringrazzjaw lil Delia … isem Grech ma jidher imkien

... Aktar tard protesta oħra tal-Partit Nazzjonalista dwar l-Isptarijiet

Aqra wkoll

Hekk kif aktar tard se tkun qiegħda ssir protesta oħra mill-Partit Nazzjonalista b’rabta mal-Isptarijiet, aktar kmieni dalgħodu feġġew banners li ħafna qegħdin jinterpretaw bħala botta diretta lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Dawn l-istess banners qegħdin jirringrazzjaw lill-eks Kap tal-Partit Adrian Delia li kien hu li fetaħ il-kawża dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet. Il-banners fil-fatt ma jsemmu mkien lil Grech b’turija li anke l-istess partitarji tal-Partit Nazzjonalista qegħdin jinjorawh f’din il-kawża.

Fil-protesta tal-lum Bernard Grech se jerġa’ jirrepeti li l-gvern irid jiftaħ kawża biex jiġbor lura €400 miljun mingħand Steward u se jgħid li l-gvern għandu jiftaħ kawża, b’dan tal-aħħar diġà ddikjara li l-Oppożizzjoni qiegħda tigdeb u ma tagħmilx sens il-verżjoni li Steward m’għamlu kompletament xejn.

Aktar kmieni din il-ġimgħa fil-parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega dwar din it-talba tal-Oppożizzjoni biex iftaħ kawża u ċċara li l-gvern Malti diġà għamel il-każ tiegħu f’arbitraġġ internazzjonali fejn qed jagħmel talbiet fl-interess ta’ Malta.

Ekonomija

Sport