Wednesday, July 24, 2024

Mikel Arteta jrid lil Jorginho jġedded il-kuntratt

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Arsenal Mikel Arteta jrid li l-attakkant internazzjonali Taljan Jorginho iġedded il-kuntratt tiegħu għal sena oħra. Minkejja li dan il-plejer mhux qed jilgħab b’mod regolari mal-Gunners, Arteta jħoss li Jorginho kapaċi jkun plejer fundamentali meta jkollu xi plejers imweġġgħin jew neqsin għalkemm sostna li jammira ħafna l-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu.

Jorginho għandu 31 sena u s’issa lagħab 24 logħba ma’ Arsenal iżda ma rnexxielux jiskorja gowls għal dan it-tim.

Ekonomija

Sport