Thursday, July 25, 2024

L-FIGC tawgura lil Roberto Mancini

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni tal-Futbol Taljana (FIGC) tat l-awguri lill-kowċ Roberto Mancini hekk kif fil-bidu ta’ din il-ġimgħa għalaq 59 sena.

Minkejja li l-Mancio, kif inhu magħruf, telaq ħabta u sabta lit-tim nazzjonali Taljan sabiex mar jikkowċja fl-Arabja Sawdija, il-president Gabriele Gravina ħass li kellu jawguralu għal għeluq sninu.

Minkejja kollox, l-istess Gravina kien qal f’intervista riċenti li l-għażla ta’ Mancini li jitlaq lit-tim nazzjonali ta’ pajjiżu kienet diżappunt kbir għalih speċjalment mil-lat uman.

Ekonomija

Sport