Monday, May 13, 2024

David De Gea għall-Arabja Sawdija?

Aqra wkoll

Jidher li fi ftit tal-jiem oħra, il-gowlkiper veteran Spanjol David de Gea jista’ jsib tim ġdid. Dan tal-aħħar għandu 33 sena u minn mindu skada l-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United ma mar mal-ebda tim.

Fil-fatt jidher li Al Ettifaq mill-Arabja Sawdija iridu s-servizzi tiegħu. Dan it-tim hu mmexxi minn Steven Gerrard u għandu wkoll lil Jordan Henderson bħala plejer.

De Gea jista’ jaċċetta din l-offerta anke għax hemm salarju ferm attraenti fin-nofs.

Sport