Thursday, March 28, 2024

Mikhael jirritorna lura Malta wara operazzjoni “ta’ suċċess kbir”

Aqra wkoll

Wara operazzjoni maġġuri fl-Ingilterra biex jitneħħielu tmur, it-tfajjel Michael irritorna lura ġewwa r-Rainbow Ward. Dan ħabbritu Puttinu Cares fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook filwaqt li awgurawlu fejqan ta’ malajr. Huwa kien diġà ilu disa’ xhur ġewwa Rainbow Ward.

Persuna qrib ta’ Mikhael tkellmet ma’ dan il-ġurnal u qalet li l-operazzjoni marret tajjeb ħafna u kienet ta’ suċċess kbir. Bħalissa qed jieħu t-terapija grazzi għas-sapport tan-nurses li tant jieħdu paċenzja bih u ta’ Puttinu Cares illi tant għamlu miegħu.

“Il-pass li jmiss suppost li fl-aħħar ta’ Awwissu huwa jirritorna d-dar wara għaxar xhur. Issa nittamaw u nitolbu lill-Bambin li t-tumur ma jerġax joħroġ sa ħdax-il sena għax jitlef saqajh għax l-operazzjoni kbira diġà saret,” temmet tgħid.

Ekonomija

Sport