Sunday, December 22, 2024

Mil-lejla parti mill-korsija tat-Telgħa tas-Saqqajja ser tkun magħluqa

Aqra wkoll

Infrastructure Malta tkompli għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Mil-lum se jkun qed isir xi xogħol matul il-lejl u għandu jibqa’ għaddej sa nhar il-Ħamis l-ewwel ta’ Settembru.

Mil-lum sal-Ħamis billejl, il-ħinijiet tax-xogħol se jsiru kull lejl mis-7:00 p.m. sal-5:30 a.m. tal-għada filgħodu.

Biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir, parti mill-korsija lejn il-lvant tat-Telgħa tas-Saqqajja, direzzjoni mir-Rabat lejn Ta’ Qali se tkun magħluqa.

Għaldaqstant, dawk l-individwi li kien beħsiebhom jagħmlu użu minn din it-triq huma mħeġġa biex isegwu t-tabelli lejn rotta alternattiva minn Triq Għeriexem, ir-Rabat.

Ekonomija

Sport