L-ogħla awtoritajiet ta’ AC Milan qed jitkellmu mas-sindku tar-reġjun tal-Lombardia kif ukoll mad-dipartimenti konċernati sabiex fi żmien sitt snin oħra, huma jkollhom stadium ġdid.
Il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn u kien ilu jingħad li Stadio San Siro xi darba għad jispiċċa. I Rossoneri qed jittamaw li jkunu qed jibnu l-impjant tagħhom u eventwalment jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom fl-istaġun 2028-2029.
Id-diriġenti tal-klabb iridu jagħżlu f’liema żona se jinbena dan l-istadium u l-għażla qiegħda bejn San Donato u Sesto San Giovanni.