Tuesday, May 14, 2024

Nacho Fernandez se jibqa’ ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Id-diriġenti Interisti rċevew l-aħbar li d-difensur internazzjonali Spanjol Nacho Fernandez se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Real Madrid. Dan kien ta’ diżappunt għalihom hekk kif kien hemm taħditiet avvanzati mar-rappreżentant tiegħu.

Jidher li fl-aħħar mumenti, Nacho ħasibha għal darba darbtejn u ddeċieda li jibqa’ fejn qiegħed anke għax los Merengues offrewlu wkoll il-faxxa ta’ captain. 

Nacho għandu 33 sena u minn dejjem kien jilgħab ma’ Real Madrid. Hu deher 213-il partita u skorja 12-il gowl. 

Sport