Saturday, July 25, 2026
Home Sport Erba’ clubs wara l-firma ta’ Ilkay Gundogan

Erba’ clubs wara l-firma ta’ Ilkay Gundogan

0
414

Erba’ clubs qed jirsistu sabiex jiksbu s-servizzi tal-captain ta’ Manchester City Ilkay Gundogan. Dan tal-aħħar għandu 32 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Ġermaniża. Hu ilu ma’ The Citizens sa mis-sena 2016 fejn skorja 44 gowl f’188 partita.

Sadanittant Al Ittihad, Arsenal, Barcelona u Borussia Dortmund qed iħabbtu l-bieb sabiex Gundogan jingħaqad magħhom. 

Sadanittant, Manchester City mhux se jaqtgħu qalbhom u beħsiebhom joffrulu sena oħra ta’ kuntratt.