AC Milan qed ifittxu kowċ ġdid li jkun jista’ jmexxi lit-tim għall-istaġun li ġej. Apparti li qed isegwu xi kowċ li jmexxihom fl-istaġun 2025/26, qed jaraw ukoll min jista’ jkun id-direttur sportiv ġdid.
Ħafna qed isemmu r-ritorn ta’ Massimiliano Allegri għalkemm sas-sena l-oħra kien qed jissemma’ Roberto Mancini wkoll.
Id-diriġenti minn San Siro qed jaħdmu bla heda sabiex isibu kowċ li jista’ jibni tim mill-ġdid wara d-diżappunt ta’ dan l-istaġun.