Sunday, November 24, 2024

Milan ikomplu jaħdmu fis-suq tat-trasferimenti

Aqra wkoll

Wara li ħadu lil Marco Sportiello, Luka Romero, Ruben Loftus Cheek u Christian Pulisic, AC Milan qed jaħsbu sabiex iġibu aktar plejers sabiex isaħħu l-iskwadra mmexxija minn Stefano Pioli.

Fil-fatt, id-diriġenti Milanisti qed jaħdmu sabiex iġibu lil Tijani Reijnders u Samuel Chukwueze b’wieħed minnhom li mistenni jingħaqad magħhom fis-sigħat li ġejjin.

Min-naħa l-oħra, i Rossoneri qed jirsistu sabiex jirrilaxxjaw lil Charles de Ketelaere mingħand Club Brugge fejn qed jitolbu s-somma ta’ €35 miljun għalih.

Sport