Wednesday, July 24, 2024

Milan iridu jġeddu lil Theo Hernandez

Aqra wkoll

AC Milan se jiltaqgħu mal-aġent Manuel Garcia Quilon sabiex iġeddu l-kuntratt tal-plejer tagħhom Theo Hernandez. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u qed jispikka bil-flokk Rossonero. Fil-fatt, id-diriġenti Milanisti jixtiequ jżommuh magħhom għal iktar snin minkejja li l-kuntratt tiegħu fadallu sas-sena 2026.

Hernandez kemm-il darba stqarr li jinsab għal qalbu f’Milanello u ma jarah mal-ebda klabb ieħor. Hu ngħaqad magħhom fis-sena 2019 u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 151 partita filwaqt li skorja 26 gowl.

Ekonomija

Sport