Wednesday, July 24, 2024

Danilo jirrifjuta offerta mill-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem ma’ ġurnal sportiv Taljan, id-difensur internazzjonali Brażilja, Danilo, ikkonferma li ftit tal-ġimgħat ilu kien ferm viċin li jiffirma ma’ klabb mill-Arabja Sawdija. Minkejja kollox, hu mhux beħsiebu jitlaq lill-klabb tiegħu Juventus anke għax skont hu jrid jonora l-kuntratt li għandu sa Ġunju 2025.

Danilo stqarr li waħda mix-xewqat li għandu hi dik li jilgħab għat-tim nazzjonali Brażiljan waqt it-tazza tad-dinja tas-sena 2026 u ammetta li Juventus hu t-tim li jista’ jikkontribwixxi sabiex jagħmel dan.

Danilo għandu 32 sena u ilu mal-Bianconeri sa mis-sena 2019 fejn skorja tmien gowls f’132 partita.

Ekonomija

Sport