Tuesday, May 21, 2024

Milan jitilfu lil Loftus Cheek u lil Maignan

Aqra wkoll

AC Milan ma kellhomx xi staġun daqshekk fortunat fejn għandu x’jaqsam injuries u għalkemm jinsabu fit-tieni post tal-klassifika, matul dawn l-aħħar xhur tilfu diversi pedini importanti. L-aħħar żewġ plejers li se jkunu qed jieqfu ftit minħabba li weġġgħu huma l-goalkeeper Mike Maignan u l-plejer ta’ nofs il-grawnd Ruben Loftus-Cheek. It-tnejn li huma weġġgħu sieqhom il-leminija u t-tobba qalulhom biex jistrieħu u b’hekk jitilfu l-logħba li għandhom kontra Genoa mis-serie A Taljana.

Kemm Cheek kif ukoll Maignan kienu ferm diżappuntati wara din l-injury u jittamaw li jilħqu jirkupraw qabel tmiem l-istaġun.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport