Tuesday, May 21, 2024

Blackball: Ryan Pisani jirbaħ l-ewwel tournament ta’ kwalifikazzjoni

Aqra wkoll

Ryan Pisani rebaħ l-ewwel tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati mondjali li se jsiru f’Malta f’Novembru li ġej meta fil-finali għeleb lil Mevrick Zammit 10-7. F’din il-finali tal-irġiel, Pisani ikkonferma l-forma tajba li għaddej biha u minkejja li fil-bidu kien minn taħt, irnexxielu jdawwar l-iskor favurih u eventwalment baqa’ għaddej biex rebaħ dan il-konfront.

Fil-finali ta’ taħt it-23 sena, Matthias Debono kien aħjar minn Daniel Vella tant li rebaħlu 9-5 filwaqt li fil-Juniors, Denzel Falzon għeleb lil Nick Muscat 9-3.

Roberta Cutajar kompliet tibbrilla fil-kategorija tan-nisa wara li għelbet lil Donna Bugeja 8-5 filwaqt li fis-seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena, Stephen Mangion kien aħjar minn Mario Scicluna tant li rebaħlu 10-4.

F’aktar finali din id-darba ta’ ‘l fuq minn 50 sena, Ivan Rizzo għeleb lil Marco Bonello 10-5 filwaqt li f’dik ta’ ‘l fuq minn 60 sena, Marcel Micallef ħareġ rebbieħ fuq Joe Camilleri bl-iskor finali jkun dak ta’ 8-3.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport