Sunday, December 22, 2024

Milan qed ibatu li jiskorjaw fiċ-Champions League

Aqra wkoll

Wara d-draw diżappuntanti ta’ 0-0 bejn AC Milan u Borussia Dortmund, ħarġet statistika mhux daqstant pożittiva għar-Rossoneri li fis-sena 2023 skorjaw biss tliet gowls fil-kompetizzjoni tant prestiġġjuża tal-UEFA Champions League. Dan kollu seħħ fi tmien partiti bi Brahim Diaz, Olivier Giroud u Ismael Bennacer ikunu l-plejers li jsibu x-xibka għar-Rossoneri.

Ħafna qed isostnu li Milan għandhom problema fl-attakk u għalkemm qed ikunu konsistenti fil-kampjonat, qed jonqsu li jagħmlu dan f’din il-kompetizzjoni. Sadanittant dawn huma r-riżultati li kellhom i Rossoneri matul din is-sena:

14 ta’ Frar , Milan – Tottenham 1-0 (Brahim Diaz)
8 ta’ Marzu, Tottenham – Milan 0-0
12 t’April, Milan – Napoli 1-0 (Bennacer)
18 t’April, Napoli – Milan 1-1 (Giroud)
10 ta’ Mejju, Milan – Inter 0-2
16 ta’ Mejju, Inter – Milan 1-0
19 ta’ Settembru, Milan – Newcastle 0-0
4 t’Ottubru, Borussia Dortmund – Milan 0-0

Ekonomija

Sport