Wednesday, July 24, 2024

Milan se jbiddlu d-difiża tagħhom fl-istaġun li ġej

Aqra wkoll

AC Milan qed jikkunsidraw li jbiddlu xi plejers fid-difiża, l-ewwelnett sabiex iġeddu dan id-dipartiment tant importanti filwaqt li jġibu demm ġdid lejn il-klabb.

Sadanittant ġie kkonfermat li Simon Kjaer se jkun qed jispiċċa minn mar-Rossoneri f’Ġunju li ġej u jidher li anke Pierre Kalulu se jispiċċa bl-istess xorti.

I Rossoneri qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jiksbu s-servizzi tad-difensur ta’ Brest Lilian Brassier. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u qed jispikka fil-qalba tad-difiża tat-tim Franċiż.

Brest iridu s-somma ta’ €12-il miljun għalih.

Ekonomija

Sport