Thursday, September 19, 2024

Milan Skriniar ma’ Paris SG?

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali Slovakk Milan Skriniar se jħalli lil Paris St Germain sabiex jingħaqad ma’ Al Nassr fl-Arabja Sawdija. Huwa għalhekk li l-Pariġini qed jaħsbu sabiex isibu sostitut għalih fejn l-għażla tidher li waqgħet fuq Tomas Araujo li hu difensur ta’ Benfica.

Minkejja kollox, mhux se tkun biċċa xogħol faċli għaċ-champions Franċiżi minħabba li t-tim Portugiż qed iżommu sod fejn diġa’ stqarrew li l-plejer ma jinsabx għall-bejgħ. Huma rrifjutaw offerta ta’ €20 miljun għalkemm PSG mhux se jaqtgħu qalbhom u se jkomplu jgħollu l-offerta tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport