Sunday, May 19, 2024

Mill-anqas 54 persuna jmutu wara li nqaleb trailer fil-Messiku

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn tal-anqas 54 persuna mietu u għadd ta’ persuni ndarbu wara li t-trakk li fih kienu qegħdin jinġarru nqaleb fil-Messiku.

It-trakk huwa mifhum li kien qiegħed iġorr aktar minn 150 persuna li jidher li kienu imigranti mill-Amerika Ċentrali meta dan inqaleb fl-istat ta’ Chiapas. Ritratti li dehru fuq il-midja juru vittmi mxerrdin fl-art biswit it-trakk involut fl-inċident.

Skont il-gvernatur Rutilio Escandon 49 persuna kienu ddikjarati mejtin fil-post tal-inċident u ħamsa oħra ġew konfermati mejtin ftit wara l-wasla tagħhom fl-isptar.

Dan qiegħed ikun meqjus bħala wieħed mill-agħar inċidenti ta’ dan it-tip fil-pajjiż fejn minbarra l-vittmi kien hemm mal-105 persuni; li jinkludu 83 raġel u 22 mara, li ndarbu.

Chiapas huwa magħruf għat-transizzjoni ta’ immigranti mingħajr dokumenti.

Sport