Wara nofsinhar fil-Qorti ta’ Għawdex ukoll, kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Lawrence Abina ta’ 30 sena mill-Ghana mixli bil-qtil ta’ Rita Ellul f’Għajnsielem fis-26 ta’ Frar li għadda.
Fil-preżenza ta’ qraba tal-vittma, taw ix-xhieda tagħhom l-esperti forensiċi fejn instema’ kif mill-awtopsja li saret fuq il-vittma rriżulta li kellha tbenġil ħdejn għajnha l-leminija u fuq għonqha.
Skont ix-xhieda li ngħatat, minn dawk il-marki, l-esperti setgħu jaslu għall-fatt li l-mara kienet mietet ftit sigħat biss wara l-argument tagħha ma’ Abina u ġiet eliminata l-ipoteżi li hi setgħet kien ilha li mietet.