Saturday, October 26, 2024

Mill-bidu tas-sena nħarġu 194 ordni għal waqfien mix-xogħol f’siti ta’ kostruzzjoni

Il-maġġoranza kienu mingħajr dokumentazzjoni jew approvazzjoni mill-Awtorità

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-industrija tal-kostruzzjoni f’Malta hija waħda mill-aktar attiva u r-regolamentazzjoni tagħha, kif ukoll l-infurzar huma ta’ importanza kbira b’mod speċjali għas-sigurtà u l-andament tal-attività nnfisha b’rispett ukoll tar-residenti li jgħixu fl-inħawi tas-siti fejn ikun qiegħed isir l-istess bini. 

Għall-kontroll tax-xogħol ta’ kostruzzjoni li jkun se jibda jew li jkun għaddej għandna l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) li, fil-fatt, irriżulta li mill-bidu ta’ din is-sena rreġistrat xejn inqas minn 194 każ ta’ ordni ta’ waqfien mix-xogħol. L-akbar raġuni, 139 każ, kienet dik li nbdew ta’ xogħlijiet mingħajr dokumentazzjoni jew approvazzjoni bil-miktub mill-istess awtorità. 

Dan it-tagħrif għaddih il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi f’mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat tal-PN, Graziella Galea. Il-Ministru Zrinzo Azzopardi ppreżenta tabella li fiha jirriżulta li t-tieni raġuni li saru dawn l-ordnijiet ta’ waqfien mix-xogħol fuq siti ta’ kostruzzjoni kienet nuqqas ta’ prekawzjonijiet meħtieġa biex ma tirriżultax ħsara mill-infiltrazzjoni ta’ ilma lill-proprjetajiet kontigwi. 

Minħabba nuqqas ta’ responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri tad-dikjarazzjoni tal-metodu nħarġu 11-il ordni mentri, żewġ każijiet oħra rriżulta li kien hemm xogħlijiet barra mill-ħin permissibbli.

Sport