Mill-inqas 4 persuni spiċċaw maqtulin hekk kif seħħet splużżjoni waqt li kienet qiegħda tiġi ċċelebbrata quddesa fil-Filippini l-Ħadd filgħodu.
Dan il-każ seħħ f’gymnasium li jinsab fl-Università ta’ Mindanao. Fil-belt li tinsab l-univeristà hemm l-akbar popolazzjoni ta’ Musulmani fil-Filippini.
Mal-4 vittmi kien hemm mill-inqas 40 persuna oħra li sfaw midrubin ħafna minnhom kellhom jiddaħlu l-isptar għal kura.
Il-Gvern Fillippin filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi qal li s-sitwazzjoni hija taħt kontroll u ma hemm l-ebda theddida għas-sigurtà taċ-ċittadini.