Saturday, May 18, 2024

Premier League Ingliż: Manchester United megħluba minn Newcasle United

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Newcastle għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal rebbieħ jasal minn Anthony Gordon fil-55 minuta biex din kienet it-tieni rebħa fi żmien xahar tal-Magpies fuq ir-Red Devils. 

Iżda r-rebħa ġiet imtappna bl-injury tal-goalkeeper Nick Pope li deher li weġġa’ spalltu. 

Il-goal wasal meta Gordon approfitta minn cross ta’ Kieran Trippier fuq it-tieni lasta biex xeħet fix-xibka b’mod faċli. 

Dan is-suċċess wasal 31 jum wara li t-team immexxi mill-coach, Eddie Howe, irreġistra rebħa enfatika ta’ 3-0 f’OId Trafford fil-League Cup.

Sport