Mill-inqas 98 persuna spiċċaw mejtin u aktar minn 150 oħrajn midrubin wara li ġġarraf saqaf ta’ diskoteka fil-kapitali Santo Domingo f’Dominican Republic.
Il-Gvernatur tal-Provinċja kif ukoll l-eks sindku tal-belt huma tnejn mill-vittmi ta’ dan l-inċident.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu hekk kif fid-diskoteka kien qiegħed jagħti wirja l-kantant popolari Rubby Pérez. Hu wkoll kien wieħed minn dawk li tilef ħajtu.