Sunday, November 24, 2024

Mill-inqas ħamsa mejtin u diversi oħrajn midrubin f’attakk b’missila fuq Dnipro

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn tal-inqas ħames persuni mietu u mas-27 oħra, inklużi sitt itfal, sfaw midrubin f’attakk ieħor mir-Russi.

Dan hekk kif fl-aħħar ħin, missila Russa laqtet binja residenzjali fil-belt ta’ Dnipro li ħalliet diversi persuni oħrajn maqbudin qalb it-tifrik. 

Ikkonferma dan id-Deputat Kap tal-Uffiċċju Presidenzjali Ukren Kyrylo Tymoshenko, filwaqt li xerred ritratt ta’ blokka ta’ appartamenti li spiċċat ġarrbet ħsarat estensivi fl-attakk.

Filwaqt li kkonferma li bdiet minnufih ħidma ta’ salvataġġ huwa żied jgħid li ħafna minn dawk li kienu fi djarhom spiċċaw maqbudin fit-tifrik.

B’reazzjoni għal dan l-attakk, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Dmytro Kuleba ħeġġeġ lill-G7 u lill-Ewropa biex jissanzjonaw l-industrija Russa tal-missili u d-drones.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Intern tal-Moldova, pajjiż ġar tal-Ukrajna kkonferma li f’pajjiżu nstabu fdalijiet ta’ missili Russi użati waqt l-attakk fuq l-punent tal-Ukrajna.

Sport