Friday, April 26, 2024

Mill-inqas persuna tmut u oħrajn midrubin f’valanga tat-tajn fl-Italja

Aqra wkoll

Mill-inqas persuna tilfet ħajjitha u diversi oħrajn indarbu f’valanga tat-tajn ikkawżata minn xita qawwija qerdet djar sħaħ fil-gżira ta’ Ischia qrib Napli fl-Italja.

Il-valanga tat-tajn qalgħet ukoll numru ta’ siġar u kaxkret karozzi fil-baħar. Il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp f’Ischia qed jagħmluha iktar diffiċli biex il-ħaddiema tas-salvataġġ ikomplu b’xogħolhom. Għalkemm s’issa ġew salvati ftit persuni, huma jinsabu impenjati biex jevakwaw mal-200 persuna miż-żona.

Nies fuq il-post qalu li kmieni filgħodu bdew jisimgħu ħoss kbir ta’ ragħad u ftit wara niżlet l-ewwel valanga tat-tajn, segwita mit-tieni waħda ftit sigħat wara fejn hu stmat li fi ftit sigħat niżlu mal-155 millimetru ta’ xita.

Sport