Tuesday, April 23, 2024

Franza jsiru l-ewwel team li jikkwalifika għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

Franza………….. 2

Danimarka…….. 1

Iċ-champions renjanti, Franza, saru l-ewwel team li għadda għall-Aħħar 16 grazzi għal doppjetta ta’ Kylian Mbappe biex għelbu lid- Danimarka bl-iskor ta’ 2-1.

Wara taqsima mingħajr goals fejn Franza fallew diversi okkażjonijiet ta’ skor, fil-61 minuta huma fetħu l-iskor meta Kylian Mbappe ħarab fuq ix-xellug, daħal fil-kaxxa, bidel il-ballun ma’ Theo Hernandez u xeħet fix- xibka.

Iżda d-Daniżi għamlu reazzjoni u seba’ minuti wara huma kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner, Andreas Christensen għeleb lil Hugo Lloris permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Iżda Kylian Mbappe ħa l-unuri tal-ġurnata meta erba’ minuti mit-tmiem skorja l-goal tar-rebħa.

Franza: Hugo Lloris, Theo Hernandez, Dayot Upamecano, Raphael Varane (Ibrahima Ko­nate 75), Jules Kounde, Aurelien Tchouameni, Adrien Ra­biot, Antoine Griezmann (Youssouf Fo­fana 90), Kylian Mbappe, Oli­vier Giroud (Marcus Thuram 63), Ousmane Dembele (Kingsley Coman 75) – Coach: Didier Deschamps

Danimarka: Kasper Schmei­chel, Victor Nelsson, Andreas Christensen, Joachim Andersen, Joakim Maehle, Christian Eriksen, Pierre-Emile Hojbjerg, Rasmus Kristensen (Alexander Bah 92), Mikkel Dams­gaard (Kasper Dolberg 73), Andreas Cornelius (Martin Braith­waite 46), Jesper Lindstrom (Christian Norgaard 85) – Coach: Kasper Hjulmand

Referee: Szymon Marciniak (Po­lonja)

Assistenti: Pawel Sokolnicki, Tomasz Listkiewicz (Polonja)

Ammoniti: A. Christensen, A. Cornelius (D); J. Kounde (F)

Sport