Sunday, April 14, 2024

Żewġ goals mill-isbaħ fit-tieni taqsima jagħtu tliet punti prezzjużi lill-Arġentina

Aqra wkoll

Arġentina……………2

Messiku………………0

Wara t-telfa sorprendenti ta’ 2-1 kontra l-Arabja Sawdija, rebħa kienet imperattiva għall-Arġentina u hekk għamlu meta għelbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 2-0, permezz ta’ żewg goals mill-isbaħ fit-tieni taqsima minn Lionel Messi u Enzo Fernandez.

L-ewwel taqsima kienet ferm kwieta ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground fejn kien biss fil-ħin miżjud li waslet l-unika azzjoni denja ta’ nota, bil-Messikani jkunu huma li joħolqu l-periklu permezz ta’ xutt ta’ Alexis Vega li għadda għoli.

Fit-52 minuta, freekick tal-captain Lionel Messi għall-Arġentina għadda għoli.

Iżda l-istess Lionel Messi ma kellux ifalli meta fl-64 minuta venven xutt mid-distanza li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Messiku, Francisco Ochoa, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka, b’dan ikun it-tmien goal għalih f’edizzjonijiet differenti tat-Tazza tad-Dinja, biex laħaq ir-rekord tal-leġġendarju l-ieħor, Diego Armando Maradona.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-87 minuta, issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal permezz ta’ xutt angolat mill-isbaħ minn ġol-kaxxa ta’ Enzo Fernandez.

Arġentina: Damian Martinez, Gonzalo Montiel (Nahuel Molina 63), Nicolas Otamendi, Lisandro Martinez, Marcis Acuna, Angel Di Maria (Cristian Romero 69), Rodrigo De Paul, Guido Rodriguez (Enzo Fernandez 57), Alexis Mac Allister (Exequiel Palacios 69), Lionel Messi, Lautaro Marinez (Julian Alvarez 63) Coach: Lionel Scaloni

Messiku: Francisco Ochoa, Kevin Alvarez (Raul Jimenez 66), Nestor Araujo, Cesar Montes, Hector Moreno, Jesus Gallardo, Luis Chavez, Hector Herrera, Andres Guardado (Erick Gutierrez 42), Hirving Lozano (Roberto Alvarado 73), Alexis Vega (Uriel Antuna 66) Coach: Gerardo Martino

Referee: Daniel Orsato (Italja)

Ammoniti: N. Araujo, E. Gutierrez, H. Herrera, R. Alvarado (M), G. Montiel (A)

Ekonomija

Sport