Monday, December 23, 2024

“Min ipprova jtejjeb l-affarijiet bil-kelma t-tajba ingħata l-ġenb fil-PN u kultant anke stallett”

Aqra wkoll

L-eks kandidat Nazzjonalista Michael Briguglio, iddikjara li min ipprova jtejjeb l-affarijiet fil-Partit Nazzjonalista bil-kelma t-tajba ngħata l-ġenb u kultant anke stalett.

Hu enfasizza li “meta klikka elitista ippruvat tirrovina kap elett demokratikament li ma nzertax magħżul minnhom, u meta għamlu l-istess ma’ min iddefenda d-demokrazija, il-Partit Nazzjonalista tilef mhux biss ir-rispett ta’ bosta attivisti tiegħu stess, iżda ukoll ta messaġġ lill-poplu li għalih hemm min hu ‘magħżul’ u min le. Minflok ma ppruvat tifhem lis-soċjetà Maltija u għalfejn il-Partit Laburista baqa’ jkabbar il-maġġoranzi, baqgħet tirrepeti narrativa sfiduċjata mill-poplu u tassumi li ħaddieħor bilfors injorant jew midneb. Min ippruva jtejjeb l-affarijiet bil-kelma t-tajba ingħata l-ġenb, u kultant anke stallett.”

Ekonomija

Sport