L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) ħarġet direttiva lill-membri tagħha u qalet li jekk ħaddiem qabad u ma marx għax-xogħol mingħajr l-approvazzjoni tal-imgħallem tiegħu, għandha tiġi kkunsidrata bħala leave mhux imħallas.
Fi stqarrija, l-MEA qalet li hija prerogattiva ta’ min iħaddem li jiddeċiedi jekk l-impjegati għandhomx jaħdmu bit-teleworking jew le.
Hija qalet dan wara li trade union minnhom qalet lill-membri tagħhom biex jaħdmu mid-dar jekk ikollhom jieħdu ħsieb lil uliedhom sakemm jinfetħu l-iskejjel.
Rigward dan, il-Kamra tal-Kummerċ appellat għad-djalogu u ftehim mill-unjins minflokk jitħabbru aktar direttivi. Sostniet li d-direttivi ta’ din l-union partikolari jħallu riperkussjonijiet fuq is-settur privat.
Fost l-oħrajn il-Kamra tal-Kummerċ tkellmet dwar ġenituri li għandhom tfal taħt it-12-il sena d-dar. F’dan ir-rigward hija qalet li jeħtieġ li jsiru arranġamenti mill-ġenituri, fuq bażi ta’ każ b’każ, ma’ min iħaddimhom.