Minħabba l-gwerra fl-Iran….il-Bank Ċentrali Ewropew jgħolli r-rata ta’ interessi

Aqra wkoll

Il-Bank Ċentrali Ewropew għolla r-rati tal-imgħax bi kwart ta’ punt perċentwali, minħabba l-gwerra fl-Iran. Il-Bank Ċentrali Ewropew iddikjara li l-gwerra fil-Golf Għarbi qed tkompli tgħolli l-inflazzjoni fiż-żona tal-Ewro. Bid-deċiżjoni tiegħu, l-Bank Ċentrali Ewropew għolla r-rata ewlenija tal-imgħax b’0.25 punt perċentwali, minn 2.25 fil-mija għal 2.50 fil-mija, fl-10 ta’ Settembru. Din hija t-tieni żieda din is-sena. 

Ir-raġuni ewlenija hija l-inflazzjoni, li telgħet għal madwar 3.3 fil-mija fiż-żona tal-Ewro, ferm ’il fuq mill-mira tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ 2 fil-mija. Iż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt u l-gass, relatata mat-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani, qed iżżid il-pressjoni fuq il-prezzijiet.  Il-Bank Ċentrali Ewropew  ma kkommettiex ruħu għal żidiet oħra, u qal li d-deċiżjonijiet futuri se jiddependu fuq informazzjoni. ekonomika.

Bid-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, ir-rata prinċipali ta’ rifinanzjament telgħet għal 2.65%, filwaqt li dik tal-faċilità marġinali ta’ self telgħet għal 2.9%. Spjega li l-inflazzjoni ta’ Awwissu telgħet għal 3.3 fil-mija, l-ogħla livell minn Settembru 2023, bl-inflazzjoni tal-enerġija taqbeż għal 14.3 fil-mija minħabba l-kunflitt madwar l-Istrett ta’ Hormuz. Iż-żejt Brent reġa’ qabeż il-$100 nhar l-Erbgħa filwaqt li kompliet il-kunflitt bejn l-Istati Uniti u l-Iran.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport