Sunday, December 22, 2024

“M’iniex kuntent 100% imma diġà sar titjib dwar l-e-scooters”

- Il-Ministru Aaron Farrugia

Aqra wkoll

Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Aaron Farrugia tkellem dwar l-infurzar li qed isir fir-rigward tal-użu tal-e-scooters.

Il-Ministru Farrugia qal li kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni jaqblu li dan huwa mezz ta’ trasport alternattiv u sostenibbli u li l-infurzar huwa t-triq ‘il quddiem.

Semma kif fil-ġimgħat li għaddew Transport Malta, permezz ta’ Avviż Legali, ingħatat il-poter li twettaq xogħol ta’ infurzar fuq l-użu tal-e-scooters f’Malta.

“Minn dak iż-żmien ‘l hawn inġabru 150 scooter li nstab li kienu qegħdin jiksru liġi. Ninsab infurmat li 5 minnhom ġew rilaxxati fl-aħħar jiem. Jidher ukoll li diġà sar titjib f’dan ir-rigward,” qal il-Ministru Farrugia. “Diġà kien hemm konċessjonarji li marru jiġbru l-iscooters huma stess. Filwaqt li għadni mhux kuntent mija fil-mija, xorta naħseb li sar titjib.”

Il-Ministru Farrugia tenna wkoll li f’Marzu li ġej, se jibdew il-kampanji edukattivi fuq l-użu ta’ dan il-mezz ta’ trasport alternattiv mhux biss f’dan iż-żmien imma wkoll fix-xhur tas-sajf fejn jintużaw minn għadd kbir ta’ nies.

Ekonomija

Sport