Friday, November 15, 2024

“Minkejja d-diżabbilità qatt ma waqaf li jwettaq il-ħolm tiegħu”

- Anastasia, bint Dr Naged Megally

Aqra wkoll

F’messaġġ li waslet Anastasia bint Dr Naged Megally li miet ilbieraħ, qalet li “missieri kien l-aktar f’saħħtu, l-aktar raġel b’qalb tajba u l-aktar raġel bravu li qatt sirt naf f’ħajti.”

Qalet li minkejja li missierha kellu diżabbilità xorta waħda dan qatt ma waqqafu milli jilħaq il-miri tiegħu f’ħajtu. “Ħajtu kienet għas-servizz ta’ ħaddieħor… Kburija li missieri ħa ħsieb u salva daqshekk ommijiet u trabi f’pajjiżna… Dik kienet il-vokazzjoni tiegħu li jgħin lill-ommijiet iġibu fid-dinja wlied f’saħħithom,” qalet Anastasia.

Meta ġiet biex titkellem dwar l-aħħar ġranet tiegħu, bintu kitbet li meta kien qiegħed fl-ITU missierha baqa’ juri sal-aħħar kemm kien ġellied.

Qalet li missierha għex żmien iebes ħafna minħabba t-twemmin tiegħu ta’ Coptic Christian kemm fl-Eġittu u anke fil-Libja u matul ħajtu ra ħafna diskriminazzjoni kontrih minħabba d-diżabbilità li kellu.

Anastasia temmet il-messaġġ tagħha billi qalet lil missierha “Inħobbuk b’qalbna kollha Papà”.

Ekonomija

Sport