Monday, May 13, 2024

Sentejn ħabs wara li bagħat ittri anonimi b’theddid lil politiċi u persuni pubbliċi

Aqra wkoll

Joseph Mary Borg ta’ 71 sena residenti l-Belt Valletta ntbagħat sentejn ħabs u mmultat €1,600 wara li nstab ħati li bagħat ittri anonomi ta’ theddid lil politiċi u persuni pubbliċi.

Borg kien mixli li bagħat dawn l-ittri lill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Ryan Callus u l-eks Membru Parlamentari Jason Azzopardi u lill-President ta’ Repubblika Robert Aquilina fost oħrajn. Huwa kien mixli wkoll li bagħat ittri lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u s-sieħba tiegħu Kristina Chetcuti u lill-Professur Kevin Cassar.

F’seduta preċedenti, Borg kien ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti rakkomandat li huwa jinżamm fit-Taqsima Forensi tal-Isptar Monte Carmeli. Fl-istess waqt inħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittmi, b’ garanzija personali ta’ €2,000.

Borg indika li se jkun qiegħed jappella mis-sentenza. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kevin Pulis u Ryan Farrugia. L-Avukati Henry Antocich u Joseph Calleja dehru għal Borg.

Sport