Sunday, December 29, 2024

Minkejja d-diżabbiltà tiegħu llum Kurt se jkun parti mill-crew tas-Siġġiewi fir-regatta

Aqra wkoll

“Din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħi fir-regatta, ninsab onorat li minkejja li għandi diżabbiltà se nkun parti mill-crew ta’ erbgħa f’kategorija open”. Iddikjara dan Kurt Farrugia f’kummenti qabel ir-regatta ta’ din is-sena li tibda minn hawn u ftit sigħat oħra.

Minkejja d-diżabbiltà tiegħu, ta’ 28 sena, Kurt Farrugia se jkun qiegħed jibgħat l-iktar messaġġ b’saħħtu favur l-inklużjoni.

F’kummenti lill-midja l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li l-istrateġija nazzjonali għall-persuni b’diżabbiltà titkellem dwar id-dritt li dawn il-persuni jkollhom ukoll aċċess għall-isport.

Hija tkellmet dwar is-sabiħ ta’ kif għaqda mhux governattiva taġġusta l-ħidma tagħha b’tali mod inklussiv biex żgħażagħ bħal Kurt ikunu jistgħu jwettqu l-ħolm tagħhom.

Ekonomija

Sport