L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jinsab mgħammar bl-aħħar teknoloġija biex jaqbad persuni li jkollhom it-temperatura tal-ġisem aktar għolja minn dik stabbilità. Din it-teknoloġija qiegħda tgħin biex ikunu mwaqfa dawk in-nies li jgħaddu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bl-ewwel sintomi tal-imxija COVID-19.
Minkejja din it-teknoloġija li taħdem bl-infrared u kameras termali li jwissu lill-infermiera fl-ajruport li individwu għandu t-temperatura tal-ġisem għola minn 37.2˚C, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jappella biex kull min iħoss sal-inqas sintomu “jipposponi l-vjaġġ tiegħu.”